Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXXVI tal-2021 - Att li jemenda Liġijiet Varji dwar il-Mediċini Perikolużi

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 02 Lulju 2021

Abbozz Nru 219 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar il-Mediċini Perikolużi

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi jikkonsistu fiż-żieda tal-possibbiltà għal tnaqqis fil-piena fil-każ ta’ persuni li jagħtu informazzjoni dwar konspirazzjonijiet għat-traffikar ta’ mediċini u għat-traffikar ta’ drogi oħra, it-teħid ta’ miżuri leġiżlattivi li jippermettu aktar proporzjonalità fil-piena ta’ reati relattivament minuri kontra l-liġijiet tad-droga u ż-żieda fil-possibbiltajiet għarriabilitazzjoni ta’ persuni li jbatu mid-dipendenza fuq id-droga permezz tat-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri disponibbli taħt l-Att dwar Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija). L-Abbozz jinkludi wkoll dispożizzjonijiet biex jaffermaw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-Bord dwar ir-Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga u jipprovdi mezz legali għall-possibbiltà ta’ reviżjoni mill-qrati riferuti ta’ deċiżjonijiet ta’ dak il-Bord.

Mozzjoni Nru 542 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar il-Mediċini Perikolużi