Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXVI tal-2018 - Att li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 10 Lulju 2018

Abbozz Nru 38 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ta’ dan l-Abbozz huwa biex jittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (id-"Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni"), billi jemenda l-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni (Kap. 487) u kif ukoll biex jipprovdi dwar affarijiet inċidentali u anċillari għalih. L-emendi konsegwenzjali fl-Att dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni (Kap. 403), huma proposti sabiex dak l-Att jiġi allinjat mat-terminoloġija u mal-emendi għall-Att dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni, u kif ukoll sabiex jiżguraw konsistenza fil-liġijiet.

Mozzjoni Nru 116 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjari