Dar tal-Anzjani - Belt Valletta (Petizzjoni Ufficjali)
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Dar tal-Anzjani (Berga ta’ Baviera tigi ghall-Uzu tal-Kommunita Beltija)
Proposta tal-Partit Residenti Beltin - 10/01/2018 © (Digital & Published Rights)
Ċentru t’Akkomodazzjoni, Shelter, Rijabilitazzjoni għall-Anzjani.
Din tibqa' taħt il-pussess tal-Gvern/Poplu Malti, kif ukoll is-servizzi tagħha biex b'hekk l-ispejjeż ikunu minimi mingħajr it-tielet persuna bhal 'il-Knisja jew xi Kuntrattur' fejn l-ispejjeż tat-tielet persuna iżżid l-piż fuq ir-residenti anzjani. Minflok il-60%, nipproponu illi tinżamm biss 50% tal-pensjoni.
Fejn hemm il-Garages tal-Berġa jservu bħala post għall-Emerġenza bħal-Ambulanza biex b’hekk jiġi evitat iktar dewmien għal-Anzjani f'każ ta' emerġenza serja jew appuntamenti kif ukoll l-Ambulanza tista' tintuża għas-servizz tar-Residenti Beltin fil-bżonn.
Flimkien mal-ħsieb addizzjonali per eżempju; illi jitpoġġa Unit apposta għat-tifi tan-nar u tal-Protezzjoni Ċivili f’każ ta’ xi tip t’assistenza oħra kemm ghal-Belt Valletta u nħawi fil-viċin.
Il-bitħa interna sservi bhala post idejali ghal-rekreazzjoni, u riabilitazzjoni.
Kif ukoll, Auberge de Bavière qegħda qrib il-Baħar (il-Fossa) fuq wara tal-Baviera hemm area ghall-passiġġati kif ukoll ġnien fejn jistgħu jitgawdew mill-anzjani.
Żewġ Bus Stops diġà jinsabu fl-istess triq tal-Binja. Konvenjenza ideali ghall-anzjani, qraba u ħbieb tahom biex izuruhom.
Strategija Addizzjonali
L-istrategija tal-Berga tal-Baviera ma tieqafx hawn, jizdiedu l-opportunitajiet minn opportunita wahda; Permezz ta din il-binja, il-garage t'isfel iservi ukol ghas-salvatagg ghal-ghawwiema kemm barranin u kemm Maltin fl-inhawi hekk kif bosta minna ilna snin nghowmu f'Marsamxett. Prevenzjoni hija dejjem ahjar mill-kura; il-Unit tas-Salvatagg jistgha jsalva bosta hajiet f'hin qasir specjalment ghall-ghawwiema bhal-uliedna, u l-anzjani tghana.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
Nappellaw lil Kamra tar-Raprezentanti sabiex jikunsidraw din il-proposta, u biex titiehed azzjoni immedjata. Id-dinjita ta bosta membri anzjani tiidependi propju fuq din il-proposta. F'isem il-Kuxjenza Socjali, hemm bzonn dar tal-anzjani sabiex inzommu lill anzjani tghana fl-istess kommunita li huma twieldu fiha, kwazi f'kull lokalita hemm dar tal-anzjani, ahna l-Beltin ma'ghandna xejn inqas minn haddiehor,
Nitghamaw li titwassal id-dinjita tant xierqa b'risq l-anzjani gewwa il-kommunita Beltija.