Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 115
Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar id-Droga Lura għal-Lista

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 -)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ liġi huma sabiex tiġi estiża l-kompożizzjoni tal-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga u jiġi stabbilit bil-liġi l-quorum għal-laqgħat tal-imsemmi Bord u dan sabiex tissaħħaħ il-kapaċità operazzjonali tiegħu. B’żieda ma’ dan, l-Abbozz jagħti diskrezzjoni aktar wiesgħa lill-Qrati fl-applikazzjoni tal-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament Mhux Priġunerija) (Kap. 537) sabiex tiffavorixxi r-riabilitazzjoni, jintroduċi l-obbligu li d-deċiżjonijiet u rrapporti tal-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga jinkludu raġunijiet, jissostitwixxi s-sistema ta’ rikjamar ta’ kawżi wara li l-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga jkun għamel rapport pożittiv lill-Qorti u sabiex jimmodera l-esklużjoni assoluta attwali tal-applikazzjoni tal-liġi dwar ir-riabilitazzjoni f’każijiet fejn ir-reat ikun twettaq fi, jew fir-rigward ta’ faċilità korrettiva. L-Abbozz jipproponi wkoll diversi miżuri bil-għan li jiġi mħaffef is-smigħ ta’ kawżi dwar reati ta’ droga billi jiġu emendati llinji gwida dwar il-qorti fejn għandu jinstema’ l-każ tar-reat tad-droga u jipprovdi għall-possibbiltà li s-smigħ ta’ kawżi dwar it-traffikar taddroga fil-Qorti Kriminali jsir minn imħallef li jippresjedi mingħajr ġuri.

Mozzjoni Nru 301 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar id-Dependenza fuq id-Droga (Trattament mhux priġunerija) u liġijiet varji relatati mad-droga

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek