Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XIII tal-2026 - Att li jemenda Diversi Liġijiet fir-rigward tal-Awtonomija Personali

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 24 April 2026

Abbozz Nru 176 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet fir-rigward tal-Awtonomija Personali

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex jiġu emendati liġijiet varji relatati mal-awtonomija personali, senjatament il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, il-Kodiċi Ċivili, l-Att dwar iż-Żwieġ, l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità u l-Att dwar is-Saħħa Mentali, sabiex jingħata effett aħjar fil-liġi Maltija lid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, b’mod partikolari sabiex jiġi introdott reġim ta’ teħid appoġġat ta’ deċiżjonijiet minflok reġim ta’ kustodja, jitneħħew l-interdizzjoni u l-inabilitazzjoni, jiġi allinjat l-Att dwar iż-Żwieġ mal-leġiżlazzjoni rilevanti, jiġu trattati b’mod ugwali l-persuni taħt il-kompetenza tal-Att dwar is-Saħħa Mentali, u tiġi assenjata s-sorveljanza ta’ miżuri rilevanti lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Mozzjoni Nru 461 - Abbozz ta' Liġi li jemenda liġijiet varji relatati mal-awtonomija personali