Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

President tal-Kamra tad-Deputati
It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


Mr Speaker  - L-Onor  Anġlu Farrugia

Mr Speaker - L-Onor Anġlu Farrugia

Speaker Emeritus

Parlament ta' Malta

Ir-rwol prinċipali tal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati hu li jżomm l-ordni waqt is-seduti tal-Kamra u li jara li r-regoli parlamentari (Ordnijiet Permanenti) ikunu rispettati. Minn żmien għal ieħor l-Ispeaker jista’ jiġi mitlub jagħti ruling f’każ li jqumu punti dwar l-applikazzjoni ta’ dawn l-Ordnijiet Permanenti, u għandu jara li l-membri jsegwu l-proċeduri b’mod korrett. L-Ispeaker ma jkollux vot oriġinali iżda jkollu vot deċiżiv fil-każ li r-riżultat f’xi vot fil-Kamra jkun wieħed indaqs. L-Ispeaker jippresjedi l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra u l-Kumitat dwar il-Privileġġi, u kull kumitat ieħor kif deċiż mill-Kamra. L-Ispeaker jokkupa l-ogħla kariga fil-Kamra tad-Deputati.


L-Ispeaker preżenti, Dr Anġlu Farrugia, ġie elett Speaker għall-ewwel darba fis-6 ta’ April 2013 fit-Tnax-il Leġiżlatura. Huwa reġa’ ġie elett Speaker fil-Leġiżlatura kurrenti fl-24 ta’ Ġunju 2017.