Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 250
Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar Reati Sesswali u Affarijiet li jirrigwardaw Persuni Minorenni Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex isiru emendi f’numru ta’ oqsma li jikkonċernaw prinċipalment il-mod kif il-liġi tittratta lill-minorenni u r-reati sesswali. L-Abbozz iwessa’ d-diskrezzjoni tal-qorti fl-għoti tal-piena għal dawk ir-reati, jestendi l-preskrizzjoni ta’ reati sesswali li jsiru fuq il-minorenni, jestendi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Minorenni minn sittax (16) għal tmintax (18)-il sena, jikklassifika l-atti sesswali tal-bnedmin mal-annimali bħala forma ta’ moħqrija tal-annimali u jasserixxi d-dritt ta’ persuni li jkunu laħqu l-età ta’ sittax (16)-il sena illi jirċievu trattament psikjatriku u counselling, apparti trattament u kura medika oħra, fuq deċiżjoni tagħhom.

Mozzjoni Nru 597 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Liġijiet Varji dwar Reati Sesswali u Affarijiet li jirrigwardaw Persuni Minorenni

Att Nru LXIV tal-2021 - Att li jemenda Liġijiet Varji dwar Reati Sesswali u Affarijiet li jirrigwardaw Persuni Minorenni

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek