Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 61
Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta’ Uffiċċji u Notifika b’Mezzi Elettroniċi) Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huwa li jipprovdi għall-possibbiltà ta' rilokazzjoni tal-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku f'Malta u Għawdex. L-għan ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huwa wkoll sabiex tiġi simplifikata, meta jittieħdu in konsiderazzjoni l-mezzi elettroniċi disponibbli għall-pubbliku, in-notifikazzjoni tat-twelid ta’ tarbija kif ukoll in-notifiki tal-mewt. L-Abbozz jaħseb għal notifikazzjoni tat-trabi b’mod elettroniku, liema notifikazzjoni jkollha l-istess effett tan-notifikazzjoni li ssir billi ġenitur jaċċedi personalment sabiex jagħmel tali notifikazzjoni. L-Abbozz jaħseb ukoll għan-notifika tal-mewt b’mod elettroniku liema notifika jkollha l-istess effett tan-notifika li ssir billi persuna taċċedi personalment sabiex tagħmel tali notifika.

Mozzjoni Nru 170 - Abbozz ta' Liġi li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta’ Uffiċċji u Notifika b’Mezzi Elettroniċi)

Att Nru XLIII tal-2018 - Att li jemenda Diversi Liġijiet (Rilokazzjoni ta' Uffiċċji u Notifika b'mezzi Elettroniċi)

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek