Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru LVIII tal-2020 - Att li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 11 Diċembru 2020

Abbozz Nru 177 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jikkjarifikaw li l-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal Industrijali f’każijiet ta’ tkeċċija inġusta mhuwiex ristrett għal kuntratti ta’ servizz għal żmien bla limitu. It-Tribunal Indusrijali għandu ġuriżdizzjoni li jisma’ u jiddeċiedi każi ta’ terminazzjoni inġusta ta’ kuntratti ta’ servizz għal perjodu ta’ żmien fiss. L-Abbozz ta’ Liġi jikkjarifika wkoll id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratti ta’ servizz għal perjodu ta’ żmien fiss u jelimina diskrepanzi bejn dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti ta’ servizz għal perjodu ta’ żmien fiss.

Mozzjoni Nru 439 - Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, Kap. 452