| Ikkuntattjana |
| Fittex
MOZZJONIJIET
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA
FTUĦ STATALI TAT-TNAX-IL PARLAMENT
PARLAMENT IMSEJJAĦ BI PROKLAMA NRU. V TAL-2013
10.45am - L-Onorevoli Membri jiltaqgħu fil-Kamra tad-Deputati.
1. Talba.
2. L-Iskrivan tal-Kamra jaqra l-Proklama li tlaqqa’ l-Parlament.
3. L-Iskrivan tal-Kamra jaqra r-riżultati tal-Elezzjoni Ġenerali u tal-Elezzjonijiet Każwali.
4. Elezzjoni ta’ Speaker. L-iSpeaker jieħu l-ġurament.
5. Elezzjoni ta’ Deputy Speaker.
6. L-Onorevoli Membri jieħdu l-Ġurament jew jagħmlu d-Dikjarazzjoni ta’ Lealtà.
7. Jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra r-Riżultati tal-Elezzjoni Ġenerali u l-Elezzjonijiet Każwali, Proklama Nru I u Proklama Nru. V ta’ l-2013.
8. Ministru jgħarraf lill-Kamra li l-President ta’ Malta se jiddikjara fil-Kamra tad-Deputati r-raġunijiet li għalihom laqqa’ l-Kamra.
Is-seduta tiġi sospiża.
L-iSpeaker u l-Iskrivan tal-Kamra jmorru fl-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.
Il-President u l-iSpeaker jidħlu fil-Kamra tad-Deputati u s-seduta tirriżumi.
Il-President jiddikjara lill-Kamra r-raġunijiet li għalihom tkun issejħet.
Il-President iħalli l-Kamra tad-Deputati.
9. Jingħata avviż ta’ mozzjoni għall-Indirizz tal-President bi tweġiba għad-diskors tiegħu.
10. Aġġornament tal-Kamra.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}
It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)
Seduti