Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

CLERK I - Postijiet vakanti

Ippubblikat: 13 Aww 2026

Data tal-għeluq: 31-Diċ-2026 12:00 PM

POST TA’ CLERK I
FIL‑KAMRA TAD‑DEPUTATI, PARLAMENT TA’ MALTA
 
Sejħa Esterna Numru HR 5/26 datata 13.08.2026
 
Permess ta’ Jobsplus Numru 298/2023

Il‑kliem li jirreferu għall‑ġeneru maskili jinkludu l‑ġeneri kollha. 
 


 
1.    Is‑Servizz Parlamentari qed jilqa’ applikazzjonijiet minn ċittadini Maltin għall‑post ta’ Clerk I fil‑Kamra tad‑Deputati, Parlament ta’ Malta.
 
2.    Termini u Kondizzjonijiet
 

2.1   L‑applikant magħżul ikun appuntat fil‑post ta’ Clerk I mas‑Servizz Parlamentari fuq bażi full‑time.
 
2.2   L‑applikant magħżul jingħata l‑ħatra ta’ Clerk I mas‑Servizz Parlamentari fuq bażi ta’ impjieg indefinit.
 

2.3   Il‑pożizzjoni ta’ Clerk I hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
 

2.4   Il‑pakkett finanzjarju annwali ta’ Clerk I hu ta’ €22,010 (fl‑2026), u jinkludi performance bonus u benefiċċji oħra.
 

2.5   Ir‑riżultat ippubblikat mill‑Bord tal‑Għażla jkun validu għal perjodu ta’ sena mid‑data tal‑pubblikazzjoni.
 
3.    Dmirijiet
 
3.1   L‑għan ta’ din il‑kariga huwa ta’ assistenza klerikali lill‑Kamra tad‑Deputati, il‑kumitati parlamentari u s‑Servizz Parlamentari.
 
3.2   Id‑dmirijiet ta’ persuna fil‑ħatra ta’ Clerk I jistgħu jinkludu:
 
a)       iżżomm records u tipprepara rapporti bażiċi ta’ statistika jew kontenut relatat;
b)       iżżomm filing aġġornat;
c)       iżżomm records ta’ accounting u book‑keeping bażiku;
d)       tirreġistra u tqassam posta indirizzata lill‑Parlament u posta li tintbagħat mill‑Parlament;
e)       taqdi dmirijiet ta’ reception;
f)       dmirijiet ta’ typing; u
g)       kull dmir ieħor li jista’ jiġi assenjat minn żmien għal żmien mill‑Kap tas‑Sezzjoni u/jew mill‑Iskrivan tal‑Kamra.
 
4.    Eliġibilità
 
4.1   Sad‑data tal‑għeluq ta’ din is‑sejħa għall‑applikazzjonijiet, l‑applikanti għandhom ikollhom kwalifiki rikonoxxuti (Grad 1‑5) fil‑livell ordinarju fil-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, u l-IT (MQF 3).

 
4.2   L‑applikazzjonijiet għandhom jinkludu Ċertifikat tal‑Kondotta li jrid ikun maħruġ mhux aktar minn xahar (1) qabel id‑data tal‑għeluq li jmiss kif indikati f’Sezzjoni 7.3 ta’ din is‑sejħa għall‑applikazzjonijiet.
 
4.3   L‑applikanti għandhom ikunu kapaċi jikkomunikaw tajjeb kemm bil‑Malti u kemm bl‑Ingliż.
 
4.4   Tingħata konsiderazzjoni dovuta lil dawk l‑applikanti li minbarra r‑rekwiżiti indikati fil‑paragrafu 4.1 hawn fuq, juru li għandhom esperjenza ta’ xogħol relevanti, li kapaċi jaħdmu taħt pressjoni, u li kapaċi jaħdmu fi grupp.
 
4.5   L‑applikanti għandhom ikunu eliġibbli skont il‑paragrafi 4.1, 4.2 u 4.3 mhux biss sad‑data ta’ meta tagħlaq din l‑applikazzjoni, iżda wkoll fid‑data tal‑ħatra.
 
4.6   Kwalifiki aktar għoljin minn dawk mitluba jkunu aċċettati għal skopijiet ta’ eliġibilità. Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall‑kwalifiki rikjesti hekk kif indikat f’paragrafu 4.1, xorta jiġu kkunsidrati, sakemm dawn ikunu mniżżla fil‑Curriculum Vitae (CV) u jibagħtu evidenza li jinsabu fl‑aħħar fażi tal‑kors li jwassal għall‑għoti tat‑tali kwalifiki. Il‑persuni maħtura jrid ikollhom prova li ġew approvati għat‑tali kwalifiki sal‑għeluq ta’ din is‑sejħa għall‑applikazzjonijiet.
 
5.    Dokumentazzjoni
 
5.1   Applikanti għandhom juru prova tal‑kwalifiki u l‑esperjenza  permezz ta’ ċertifikati u/jew dokumenti oħra, li kopja tagħhom għandha tkun mibgħuta lil dan l‑Uffiċċju b’mod elettroniku jew bil‑posta.
 
5.2   Iċ‑ċertifikati oriġinali u/jew dokumenti għandhom jintwerew waqt l‑intervista. Fejn ikun meħtieġ, l‑applikanti għandhom jipproduċu d‑dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal‑kwalifiki tagħhom maħruġa mill‑MQRIC.
 
6.    Proċedura tal‑Għażla
 
6.1   Applikanti eliġibbli jiġu evalwati minn Bord tal‑Għażla biex jiġi determinat min hu addattat għall‑kariga. Il‑marka massima għal dan il‑proċess tal‑għażla hija mitt (100) punt u l‑marka li persuna trid iġġib biex tgħaddi hija ħamsin (50) punt.
 
6.2   Il‑proċess tal‑għażla jista’ jinkludi evalwazzjoni prattika.
 
7.    Applikazzjoni
 
7.1   Il‑formola tal‑applikazzjoni, li tinsab fuq www.parlament.mt/en/vacancies, flimkien ma’ kopja taċ‑ċertifikati, u CV li turi l‑kwalifiki u l‑esperjenza, għandhom jiġu indirizzati bil‑posta lill‑Iskrivan tal‑Kamra, Kamra tad‑Deputati, Parlament ta’ Malta, Misraħ il‑Ħelsien, Il‑Belt Valletta VLT 1010, jew jintbagħtu b’mod elettroniku fuq l‑indirizz tal‑email: [email protected].
 
7.2   L‑ewwel proċess tal‑għażla ser jikkonsidra applikazzjonijiet li jaslu sa nofsinhar (12.00 p.m.) tal‑Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2026.
 

7.3   Il‑perjodi tal‑proċessi ta’ għażla sussegwenti jkunu mqassma kif ġej:
 

             i.    Applikazzjonijiet li jaslu bejn il‑Ġimgħa, 18 ta’ Settembru 2026 wara 12.00 p.m. u l‑Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2026 f’nofsinhar (12.00 p.m.); u
 
            ii.    Applikazzjonijiet li jaslu bejn il‑Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru 2026 wara 12.00 p.m. u l‑Ħamis, 31 ta’ Diċembru 2026 f’nofsinhar (12.00 p.m.).
 
7.4   Applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati skont id‑data li jaslu fiha, u applikazzjonijiet li jaslu wara l‑aħħar data u ħin tal‑għeluq ma jiġux aċċettati.
 

7.5   Is‑Sejħa għall‑Applikazzjonijiet tagħlaq jew meta l‑postijiet vakanti jimtlew kollha jew fil‑31 ta’ Diċembru 2026, skont liema minnhom tiġi l‑ewwel.

 
8.    Dispożizzjonijiet Ġenerali
 
8.1  Dispożizzjonijiet oħra ġenerali dwar din is‑sejħa għall‑applikazzjonijiet, b’referenza partikolari għal:
 
a)       bdil raġonevoli għall‑persuni rreġistrati b’diżabilità;
b)       sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent dwar il‑kwalifiki;
c)       pubblikazzjoni tar‑riżultat;
d)       eżami mediku;
e)       il‑proċess sabiex tiġi sottomessa petizzjoni dwar ir‑riżultat;
f)        aċċess għall‑formola tal‑applikazzjoni u dettalji relatati; u
g)       żamma ta’ dokumenti,
 
jistgħu jinkisbu permezz tas‑sit elettroniku tal‑Parlament ta’ Malta fuq l‑indirizz www.parlament.mt/en/vacancies jew mis‑Sezzjoni tar‑Riżorsi Umani tas‑Servizz Parlamentari. Dawn id‑dispożizzjonijiet ġenerali għandhom jiġu meqjusa bħala parti integrali minn din is‑sejħa għall‑applikazzjonijiet.
                                                                                                                                           


 
13 ta’ Awwissu 2026