Il-Protezzjoni u l-Infurzar ta’ Trobbija tat-Tfal Ugwali u Kondiviża
Data li l-petizzjoni tagħlaq għall-firem
Id-Dritt ta’ kull tifel u tifla li jżomm kuntatt ugwali u regolari mingħajr restrizzjonijiet maż-żewġ ġenituri mhuwiex protett u infurzabbli f’Malta ex officio.
Għaldaqstant umilment nitlob/nitolbu lill-Kamra tad-Deputati sabiex
jintroduċu regoli sostantivi u proċedurali inekwivoċi u definiti fil-Kodiċi Ċivili, Kapitlu 16, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kapitlu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta rispettivament, dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri biex tiġi żgurata l-protezzjoni u l-infurzar tad-dritt ta’ kull wild li jżomm fuq bażi regolari relazzjoni personali u kuntatt dirett ugwali (50-50) maż-żewġ ġenituri tiegħu jew tagħha, sakemm dan ma jkunx kuntrarju għall-interessi tiegħu jew tagħha.
Huwa mtenni bil-qawwa li d-diskrezzjoni tal-qorti tal-familja għandha tintuża biss f’każijiet meta tali trobbija kondiviża ugwali jiġi ppruvat, mill-awtoritajiet kompetenti, li ma tkunx fl-aħjar interess tat-tfal. Id-dritt tat-tfal għal Trobbija Kondiviża Ugwali (50-50) għandu jingħata ex officio f’każijiet ta’ separazzjoni ab initio biex jiġi żgurat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt tat-tfal li jgawdu l-ħajja tal-familja, mingħajr ebda indħil.