Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Mr Emmanuel C Tabone

Kondoljanzi (1 Diċ 1980)

Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru. 445 tas-Raba' Leġislatura tat-Tlieta, 2 ta' Diċembru, 1980


KONDOLJANZI

ONOR. EDWARD FENECH ADAMI: Nixtieq ngħid kelma waħda biss, Mr Speaker. Nixtieq għan-nom ta' l-Oppożizzjoni nesprimi minn din in-naħa l-kondoljanzi għall-mewt tas-Sur Leli Tabone li għal żmien kien Ministru, kien Membru ta' din il-Kamra u ddedika parti twila min ħajtu għall-ħajja politika fl-interess tal-pajjiż. Nixtieq, f'ismi u f'isem l-Oppożizzjoni nagħti l-kondoljanzi lill-armla tiegħu u lill-membri tal-familja tiegħu.

MR SPEAKER: Jien nitlob lill-Clerk sabiex jibgħat il-kondoljanzi kif espressi min-naħa ta' l-Oppożizzjoni. Any remarks?