Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Mr Anton Tabone

Anton Tabone  

Curriculum Vitae

Inћatar l-ewwel Ministru gћal Gћawdex fl-1987 u reġa’ ngћata l-istess ћatra fl-1992, kariga li żamm sa Ottubru tal-1996. Bejn l-1998 u l-2008 huwa kien Speaker tal-Kamra tad-Deputati.

Anton Tabone ġie elett għall-ewwel darba f’isem il-Partit Nazzjonalista (PN) fl-1966 u kien Membru tal-Kamra tad-Deputati għal iżjed minn tnejn u erbgħin sena; għall-ewwel bħala backbencher u  bagħad bħala Shadow Minister, Ministru, u fl-aħħar Speaker. Kien ukoll membru tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, u membru tal-Kunsill Ċiviku ta’ Gћawdex, li llum m’għadux jeżisti, fejn ippreseda fuq gћadd ta’ kumitati fi ћdan l-istess Kunsill.

Matul il-ħatra tiegħu bħala Ministru għal Għawdex huwa ġab ’il quddiem l-aspett reġjonali tal-gżira kemm fil-kuntest nazzjonali u kemm fi ħdan il-Konferenza ta’ Reġjuni Ewropej Periferali u Marittimi (CPMR) li Għawdex sar Membru tagħha. Bħala Speaker huwa ġab ‘il quddiem l-inizjattiva ta’
Malta li titwaqqaf l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran u t-twaqqif tas-Segretarjat tagħha f’Malta.

Huwa mexxa b’suċċess it-tranżizzjoni diffiċli li matulha l-Parlament ta’ Malta għadda minn wieħed ta’ Stat mhux membru tal-Unjoni Ewropea għal dak ta’ Stat Membru meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2004.

Tabone gћin biex iġib ‘il quddiem l-interessi ta’ Gћawdex u tal-Gћawdxin u llum il-ġurnata d-dimensjoni Gћawdex qiegħda tkun meqjusa fuq quddiemnett, kemm tal-politika nazzjonali u kemm tad-dimensjoni territorjali tal-Unjoni Ewropea.

Fis-sena 2008, Anton Tabone sar Membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fi grad ta’ Kumpann u serva ta’ Aġent President ta’ Malta bejn l-2009 u l2012.

Electoral History

Second Parliament:

Elected on: 31.3.66
Oath of Allegiance: 25.4.66
Dissolution of Parliament: 24.4.71

Third Parliament:

Elected on: 17.6.71
Oath of Allegiance: 18.6.71
Dissolution of Parliament: 13.8.76

Fourth Parliament:

Elected on: 25.9.76
Oath of Allegiance: 24.11.76
Dissolution of Parliament: 9.11.81

Fifth Parliament:

Elected on: 18.12.81
Unseated: 26.4.82
Co-Opted: 9.3.83
Dissolution of Parliament: 13.2.87

Sixth Parliament:

Elected on: 13.5.87
Appointed Minister for Gozo: 14.5.87
Oath of Allegiance as Member: 9.7.87
Ceased as Minister: 24.2.92

Seventh Parliament:

Elected on: 22.2.92
Appointed Minister for Gozo: 27.2.92
Oath of Allegiance as Member: 4.4.92
Ceased as Minister: 28.10.96

Ninth Parliament:

Appointed Speaker: 24.10.98
Ceased as Speaker: 24.5.03

Tenth Parliament:

Elected on: 14.4.03
Appointed Speaker: 24.5.03
Ceased as Speaker: 10.5.08

It-Tieni Leġiżlatura (1966 - 1971)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 31.03.1966
Ġurament tal-Ħatra: 25.04.1966
Xoljiment tal-Parlament: 24.04.1971
It-Tielet Leġiżlatura (1971 - 1976)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 17.06.1971
Ġurament tal-Ħatra: 16.08.1971
Xoljiment tal-Parlament: 13.08.1976
Ir-Raba' Leġiżlatura (1976 - 1981)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 25.09.1976
Ġurament tal-Ħatra: 24.11.1976
Xoljiment tal-Parlament: 09.11.1981
Il-Ħames Leġiżlatura (1982 - 1987)
Link to Member's page in legislature
Co-opted 18.12.1981
Ġurament tal-Ħatra: 29.03.1983
Xoljiment tal-Parlament: 13.02.1987
Is-Sitt Leġiżlatura (1987 - 1992)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 13.05.1987
Ġurament tal-Ħatra: 09.07.1987
Xoljiment tal-Parlament: 20.01.1992
Karigi
Ministru għal Għawdex - 14.05.1987
Waqqaf: 24.02.1992
Xoljiment tal-Parlament: 20.01.1992
Is-Seba' Leġiżlatura (1992 - 1996)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 22.02.1992
Ġurament tal-Ħatra: 04.04.1992
Xoljiment tal-Parlament: 23.09.1996
Karigi
Ministru għal Għawdex - 27.02.1992
Waqqaf: 28.10.1996
Xoljiment tal-Parlament: 23.09.1996
It-Tmien Leġiżlatura (1996 - 1998)
Link to Member's page in legislature
Ġie elett: 26.10.1996
Ġurament tal-Ħatra: 05.12.1996
Xoljiment tal-Parlament: 03.08.1998

Distretti Elettorali

Id-Disa' Leġiżlatura (1998 - 2003)
Link to Member's page in legislature
Karigi
President tal-Kamra tad-Deputati
Waqqaf: 24.05.2003

Distretti Elettorali

L-Għaxar Leġiżlatura (2003 - 2008)
Link to Member's page in legislature
Karigi
President tal-Kamra tad-Deputati
Waqqaf: 10.05.2008

Distretti Elettorali