Estratt mis-Seduta Nru 112 tas-Seba' Parlament tat-Tlieta, 2 ta' Marzu, 1993
KONDOLJANZI
ONOR. GEORGE VELLA: Mr Speaker, ġejna nformati li miet l-ex-Deputat Anton Schembri Adami. Dan kien wieħed mill- membri parlamentari li ġew eletti fl-ewwel elezzjoni ta' l-1945, kien tela' mit-Tieni Distrett li dak iż-żmien kien ta' Għawdex, u fl-l947 kien tela' mis-Seba' Distrett. Barra minn hekk kien wieħed minn dawk li fl-10 ta' Ottubru, l949, ivvotaw favur Sir Pawlu Boffa, u eventwalment imbagħad kien anke fforma parti mill- Malta Workers' Party. Meta kien membru tal-Kabinett kien responsabbli mill-għajnuna soċjali u saħħa, u aktar tard kien responsabbli għax- xogħlijiet u rikostruzzjoni. Kien elett anke fl-l950 għall- Malta Workers' Party mis-Sitt Distrett, u fl-elezzjoni ta' l- l951 reġa' tela' mis-Seba' Distrett. Jiġifieri kien bniedem li ta ċertu kontribut u dam ħafna fil-Kamra tar- Rappreżentanti. Eventwalment f'Jannar ta' l-l953, dan irreżenja mill-Kamra. Barra minn hekk, kien tabib u jien informat li kellu klijentela vasta ħafna u kien rispettat immens. Għalhekk inħoss li din il-Kamra għandha tagħti l- kondoljanzi tagħha lill-membri tal-familja tiegħu u tirringrazzjah allavolja wara mewtu, għax-xogħol li kien għamel fl-interess tal-poplu Malti. Inħoss li ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin jesprimu s- sogħba tagħhom għat-telfa ta' ex-Membru Parlamentari.
MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): L-Onor. Ugo Mifsud Bonnici.
ONOR. UGO MIFSUD BONNICI (Ministru ta' l-Edukazzjoni u Riżorsi Umani): Għan-nom ta' din in-naħa tal- Kamra nassoċjaw irwieħna mal-kondoljanzi għall-familja Schembri Adami. Jien niftakru meta kien fl-aqwa tiegħu, kien bniedem li kellu ċertu foga meta jitkellem, kien bniedem li jaf jesponi l-każ tiegħu, kellu twemmin sod ħafna, kien politiku verament forceful meta jesprimi ruħu, u kien bniedem simpatiku. Il-fatt li telaq mix-xena politika kienet telfa għax-xena politika lokali. Naħseb li wara ċertu żmien ġara li dan ma baqax b'dik is-saħna kbira li kellu fil-bidu pero' żgur li kkontribwixxa għall- politika Maltija u kien figura simpatika. Jien naħseb li dawk li għandhom ċerta eta' - għax illum ħafna miż-żgħażagħ insewh - jiftakruh bħala bniedem li jirrappreżenta l-aħjar tal- politika Maltija.
MR SPEAKER: Jien nassoċja ruħi mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u ninkariga lill-Iskrivan tal- Kamra biex iressaq dawn is- sentimenti lill-familja Schembri Adami u lil dawk li jiġu minnu.
L-Onor. Sandro Schembri Adami.
ONOR. SANDRO SCHEMBRI ADAMI: Fil-fatt il-papa' tiegħi jiġi n-neputi ta' Anton u fuq uncle Tonio nista' ngħid li meta jien iddeċidejt li nidħol għall- politika, kien kitibli ittra u waħda mill-affarijiet li qalli kienet din:
"Politics is not always very gratifying. It is hosanna today and it may be hell the next day.".
Hu kien qalli li l-politika kien ħadha bħala vokazzjoni u kien qalli wkoll li jekk jien nidħol fil-politika għandi nuri l-istess impenn u dedikazzjoni bħalma għamel hu, u proprju kien imbottani biex inkun nista' naħdem f'din l-għalqa. Jien naħseb li meta wieħed jidħol fil-politika, għandu jagħmel din ir-riflessjoni, jiġifieri li jara li jkun ta' servizz għall-oħrajn.