Estratt mis-Seduta Parlamentari Nru 419 tas-Sitt Leġislatura tat-8 ta' Ottubru 1990
KONDOLJANZI
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI (Prim Ministru): Mr Speaker, fis-6 ta' Awissu, li għadda tħabbret il-mewt ta' Toni Pellegrini li għamel żmien Membru ta' din il-Kamra u għadda parti sew minn ħajtu attiv ferm fil-politika. Kien hemm żmien meta kien ukoll kap ta' partit u kien jirrappreżenta dak il-partit hawnhekk. Certament kien bniedem li ta s-sehem tiegħu, fil-qasam tal- politika Maltija u naħseb li huwa dmir tagħna li f'din l-ewwel seduta tal-Parlament mid-data tal-mewt tiegħu nagħtu l-kondoljanzi tagħna lil martu, lil bintu u l-familjari oħra u nitolbu lilek, Mr Speaker, sabiex twassalhomlhom.
MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Grazzi, L-Onor. Brincat.
ONOR. JOSEPH BRINCAT: Mr Speaker, minn din in-naħa lil Toni Pellegrini certament niftakruh għaliex jifforma kapitlu mill-istorja variegata tal-partit tagħna. Kien hemm żmien meta dak il-personaġġ kien 'il bogħod mill-partit, pero' wara reġa' fi ħdan il-partit b'entużjażmu u bil-colourful personality li kellu. L-ewwel ma bdejna niltaqgħu miegħu - qabel ma' beda jinstema' fuq ix-xandir - kien fil-kitbiet tiegħu, fl-interess tiegħu li kellu f'diversi oqsma. Jaqbel jew ma jaqbilx bniedem miegħu, fi kwalunkwe perjodu ta' ħajtu, ċertament ma jistax ma jgħidx li kien personaġġ f'diversi oqsma u certament fil-politika huwa d-dmir tagħna - anke fejn ma qbilniex miegħu - li nsellmulu u nsellmu lill-membri tal-familja tiegħu. Ma nkunux qegħdin ngħidu l-verita' jekk ma ngħidux l- istorja kollha u ngħidu ż- żmenijiet kollha ta' Toni Pellegrini, għaliex personaġġ bħal dak difficli biex tikkażżella ħajtu kollha f'post wieħed u tistenna mingħandu l-eżuberanza ta' ħajja li kien igħix bil-partecipazzjoni tiegħu. Kien bniedem li tul ħajtu kollha naħseb li kien difficli għalih li joqgħod kwiet għax kien mimli entużjażmu għall-ħajja. Li naqas minn fostna kulħadd jiddispjacih u nixtieq li s-Sinjorija Tiegħek tgħaddi l-kondoljanzi lill- membri tal-familja tiegħu.
MR SPEAKER: Grazzi. Is- Sedja tassocja ruħha mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u kif ġiet mitluba tinkariga lill-Iskrivan tal- Kamra sabiex iwassal dawn il- kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Pellegrini.
Ġie elett: | 18.02.1962 |
Ġurament tal-Ħatra: | 26.04.1962 |
Xoljiment tal-Parlament: | 15.02.1966 |
Mexxej tal-Partit
- 26.04.1962
Waqqaf: 15.02.1966 |
Xoljiment tal-Parlament: 15.02.1966 |