| Ikkuntattjana |
| Fittex
ORDNIJIET TAL-ĠURNATA
ORDERS OF THE DAY INCOME TAX (AMENDMENT) BILL (COMMITTEE STAGE) TAXES MANAGEMENT BILL (COMMITTEE STAGE)
|
Abbozz Nru 84 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income, Kap 12
- Kumitat (Kont.)
|
|
Abbozz Nru 85 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa
- Kumitat
|
Kondoljanzi - Dr Maurice De Cesare
KONDOLJANZI
MEWT TAT-TABIB MAURICE DE CESARE
ONOR. GUIDO DE MARCO (Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin): Mr Speaker, ġejna informati bil-mewt ta' Dr. Maurice De Cesare li kien Membru ta' dan il-Parlament fl-1955 fil-kamp Laburista u kien jirrappreżenta d-distrett ta' Tas-Sliema u tal-Gżira. Dr. De Cesare kien bniedem simpatiku ħafna u kien magħruf ħafna kemm bħala tabib, kemm fil-kamp tat-turiżmu kif ukoll għad-dedikazzjoni tiegħu għall-isports; infatti niftakar is-snin meta hu kien jilgħab. Pero', naturalment Dr. Maurice De Cesare ta kontribut fil-kamp tat-turiżmu Malti li huwa qasam essenzjali għall-ħajja nazzjonali u effettivament kien ħalla l-politika biex daħal f'dan il-kamp. Għalhekk jien nixtieq inwassal il-kondoljanzi ta' din il-Kamra lill-familja ta' Dr De Cesare, lill-mara u lit-tfal tiegħu u nagħtihom l-għomor.
MR SPEAKER: Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. ALFRED SANT (Kap tal-Oppożizzjoni): Mr Speaker, min-naħa ta' l-Oppożizzjoni huwa d-dmir tiegħi li nsellem lit-tifkira ta' Dr. De Cesare kemm għall-kontribut li ta fil-qasam politiku fejn ħa parti fil-kurrent Laburista Malti li l-identita' tas-soċjaliżmu demokratiku f'pajjiżna, kif ukoll insellem lill-kontribut li ta fil-qasam tal-mediċina, anke f'dak li għandu x'jaqsam mal-kura tat-tfal. B'mod professjonali, kien wieħed mill-ewwel nies li ħadem b'mod serju ħalli jippopolarizza ċerti prattiċi tal-kura tat-tfal li huma aktar u aktar moderni u effettivi. Insellem ukoll il-kontribut li ta fil-qasam sportiv tan-naħa tal-pajjiż tiegħu fejn kien siewi ħafna biex iġedded it-tradizzjoni sportiva ta' dik iż-żona. M'hemmx dubju li nsellem ukoll lill-kontribut kbir li ta fil-qasam turistiku fejn tista' tgħid li kien wieħed mill-pijunieri f'dak li hu turiżmu modern f'pajjiżna biex ġie żviluppat. Huwa bniedem li fl-oqsma differenti fejn ipparteċipa u ħadem ħalla tifkiriet sbieħ u kbar, ħalla wkoll kontribut li jibqa' jinbena fuqu. Għalhekk tajjeb li nies bħalu, f'mument bħal dan niftakruhom b'ġieħ u b'għożża u nsellmulhom. Jien għan-nom tan-naħa ta' l-Oppożizzjoni nixtieq nieħu l-opportunita' biex nagħti l-kondoljanzi tiegħi u tagħna lkoll lill-familjari ta' Dr. De Cesare.
MR SPEAKER: Grazzi. Jien ukoll ningħaqad mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u ninkariga lill-Iskrivan tal-Kamra biex iwassal dawn is-sentimenti lill-familja ta' Dr. De Cesare.
Membri li ħadu sehem fid-dibattitu:
L-Onor. Guido de Marco MP
L-Onor. Alfred Sant MP
L-Onor. Lawrence Gonzi MP
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}
Is-Seba' Leġiżlatura (1992 - 1996)
Seduti