Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XXXV tal-1989 - Att dwar id-Dazji ta' Importazzjoni.pdf

Is-Sitt Leġiżlatura (1987 - 1992)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 12 Diċembru 1989

Abbozz Nru 93 - Abbozz ta' Liġi dwar id-Dazji tal-Importazzjon

Għanijiet u Raġunijiet

L-Għan prinċipali ta' l-Abbozz huwa sabiex jirrevoka l-Att eżistenti ta' l-1976 dwar id-Dazji ta' Importazzjoni, billi jintroduci Att ġdid konformi mal-Harmonised Commodity Description and Coding System (kif adottata u pubblikata mill-Customs Co-Operation Council). L-Abbozz jintroduċi wkoll dispożizzjonijiet godda dwar it-tneħħija ta' oġġetti mportati meħlusa minn dazju, il-konfiska ta' oġġetti skond l-Ordinanza tad-Dwana meta oġġetti mportati għal użu temporanju rna jergħux jiġu esportati fiż-żmien stipulat, u l-introduzzjoni ta' perjodu transitorju li matulu min jintlaqat minn konfiska li titwettaq skond l-Att ta' l-1976 dwar id-Dazji ta' Importazzjoni jkun jista' jikkontesta dik il-konfiska.

L-Abbozz jipprovdi wkoll sabiex ikun hemm konformità mal-Customs Conventionon the A . T.A. Camet for the Temporary Admission of Goods, li tagħti ħelsien minn dazju fil-każ ta' oġġetti mportati għal fieri, esibizzjonijiet u wirjiet fost affarijiet oħra.

Mozzjoni Nru 166 - Abbozz ta' Liġi dwar id-Dazji tal-Importazzjoni