| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 03 Awwissu 1990 |
L-Abbozz, b'mod ġenerali, jaħseb għat-twaqqif u tmexxija ta' servizzi ta' impieg u taħriġ għall-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom sew fil-qasam industrijali kif ukoll f'dak terzjarju.
B'mod partikolari, l-Abbozz jipprovdi ghat-twaqqif ta' struttura indipendenti li tkun magħrufa bħala l-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol; għall-ħolqien ta' Korporazzjoni ta' Xogħo1 u Taħrig li, minn naħa 'l waħda, taqdi l-funzjoni tas-servizz ta' l-Impieg minn fondi pubbliċi li l-Kostituzzjoni trid li jkun hemm u, minn naħa l-oħra, li tassigura servizzi ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid, ta' apprendistat u ta' traineeship meħtieġa f'diversi oqsma biex il-ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom jiġu mgħejjuna jiksbu, jiżviluppaw, itejjbu jew jaggornaw il-ħiliet u l-kompetenza fix-xogħol kif ukoll li tagħti għajnuna lil min ikun ifittex ix-xogħol.
L-Abbozz jaħseb ukoll biex jirregola aġenziji ta' l-impieg; it-tagħrif, statistika u dokumentazzjoni li għandhom x'jaqsmu mas-suq tax-xogħol; id-dispożizzjonijiet amministrattivi u finanzjarji dwar il-Korporazzjoni; il-poter ta' għemil ta' regolamenti u r-reati u pieni dwar nuqqas ta' osservanza tal-provvedimenti relattivi ta' dan l-Abbozz.