| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 28 Lulju 1989 |
L-Għanijiet prinċipali ta' l-Abbozz huma sabiex ineħħu d-differenzi fil-kriterji ta' naturalizzazzjoni ta' ċittadini tal-Commonwealth u dawk mhux tal-Commonwealth, u sabiex jipprovdu għan-naturalizzazzjoni ta' ċerti persuni ta' dixxendenza Maltija residenti barra minn Malta. L-Abbozz jistabbilixxi bħala obbligatorju l-fatt li tingħata lura ċ-ċittadinanza lil persiuni li jitilfu ċ-ċittadinanza tagħhom f'ċerti ċirkonstanzi.