| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 19 Lulju 1988 |
L-Għan ta' l-Abbozz huwa li jwaqqaf Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni b'funzjonijiet li tinvestiga attijiet ta' korruzzjoni, hekk kif hemm imfissrin, li jinvolvu persuni fdati bl-amministrazzjonijiet ta' awtorita pubblika, korp imwaqqaf b'liġi jew korp ieħor li fuqhom l-amministrazzjoni pubblika jkollha kontroll effettiv, u li tinvestiga l-kondotta ta' dawk il-persuni dwar attijiet ta' korruzzjoni; il-Kummissjoni tista' tirrakkomanda wkoll ir-reviżjoni ta' proċeduri f'amministrazzjoni msemmija qabel u tagħti parir lill-persuni fdati b'dik l-amministrazzjoni dwar il-mod kif attijiet ta' korruzzjoni jistgħu jiġu eliminati.