| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 30 Jannar 1991 |
L-Għan ta' l-Abbozz huwa sabiex jerġa' jdaħħal dispożizzjonijiet li jiskwalifikaw lil ċerti persuni milli jkunu diretturi ta' kumpannija. L-Abbozz jipprovdi wkoll għal mod ħafif u spedjenti li bih jistgħu jinġabru l-penali stabbiliti mir-Reġistratur tas-Soċjetajiet għal nuqqas ta' twettiq tad-dispożizzjonijiet ta' l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali. L-Abbozz jipprovdi wkoll billi jeżenta mid-dispożizzjonijiet ta' l-artikolu 145 ta' l-Ordinanza dwar Soċjetajiet Kummerċjali lil dawk il-kumpanniji li l-attività tagħhom hija limitatament waħda marittima.