Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 36
Abbozz ta' Liġi dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini Lura għal-Lista

Il-Ħames Leġiżlatura (1982 - 1987)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għan ta' dan l-Abbozz huwa li jkun iktar faċli għaċ-ċittadini kollha li jakkwistaw art li fuqha jkunu jistgħu jibnu r-residenza tagħhom bi prezz li dik l-art kienet iġġib qabel ma tkun ġiet dikjarata li tista' tingħata għall-iżvilupp. L-Abbozz ineħħi l-proċeduri twal meħtieġa b'liġijiet oħra sabiex art tiġi akkwistata mill-Gvern u wara trasferita. Għal dan l-għan l-Abbozz jipprovdi li mill-Kamra jiġu approvati dikjarazzjonijiet li jiddikjaraw Arei ta' żvilupp għall-Bini fejn ikun jista' jiġi żviluppat il-bini, għall-akkwist ta' dik l-art mill-Gvern u għat-tqassim ta' dik l-art mill-Gvern skond policy approvata mill-Kamra.


L-Abbozz fil-waqt li jiżgura li jkomplu l-impiegi fl-industrja tal-bini, jipprovdi sabiex ma jkunx hemm spekulazzjoni ta' l-art li tagħmilha impossibbli għaċ-ċittadin li jakkwista art.

Mozzjoni Nru 63 - Abbozz ta' Liġi dwar arei għall-iżvilupp tal-bini

Att Nru I tal-1983 - Att dwar Arei għall-Iżvilupp tal-Bini

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek