Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 28
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili Lura għal-Lista

Il-Ħames Leġiżlatura (1982 - 1987)

Għanijiet u Raġunijiet

Dan l-Att emendat hu maħsub biex jiffaċilita li wieħed imur arbitraġġ, li qed ikun alternattiva utili biex jiġu deċiżi kwistjonijiet ċivili fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi progressivi. Il-vantaġġi ta' din is-sistema jkunu li jitnaqqsu l-ispejjeż għall-partijiet, biex jiġi evitat li l-qrati jitgħabbew b'kawżi li jista' jintlaħaq ftehim dwarhom jew jiġu deċiżi mingħajr proċeduri tal-qorti. Barra minn dan, is-sistema tagħna mxiet ħafna 'l quddiem fil-ħatra ta' esperti li fil-fatt jiddeċiedu punti ta' fatt u ta' liġi li xi drabi, speċjalment fi kwistjonijiet li huma tekniċi ħafna, l-espert ikun f'qagħda aħjar minn imħallef biex jiddeċiedi. Għalhekk ikun iktar naturali li jkollok lil dawn in-nies arbitri.
Biex tiġi evitata l-possibilita ta' irregolarita, u biex jiġi żgurat li s-sistema tibqa' fil-limiti tal-prinċipji tal-liġi, il-partijiet jistgħu jirriżervaw id-dritt għal appell.


Hu mistenni li din l-emenda toħloq opportunita biex ħafna każi jmorru arbitraġġ għalkemm tkun diġa nbdiet il-kawża. Dwar dan l-Abbozz jipprovdi biex ikun hemm tnaqqis fl-ispejjeż.

Mozzjoni Nru 32 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Kodiċi ta' Organizzazz­joni u Proċedura Ċivili

Att Nru XV tal-1983 - Code of Organization and Civil Procedure (Amendment) Act

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek