| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 19 April 1984 |
B'dan l-Abbozz ta' liġi qiegħed jiġi emendat l-Att ta' l-1974 dwar l-Edukazzjoni bil-ghan li tkun tista' titwettaq ir-riforma li jrid jagħmel il-Gvern Soċjalista, jiġifieri, li kullħadd ikollu l-istess opportunità ta' taglilim b'xejn, u sabiex il-prinċipju tat-tagħlim b'xejn għal kulħadd, li diġà qiegħed iseħħ fl-iskejjel tal-Gvern, jiġi estiż għall-iskejjel privati. Dan ser isir fil-qasam tal-edukazzjoni sekondarja mill-bidu tas-sena skolastika f'Settembru ta' din is-sena. Bis-setgħat li l-liġi ser tagħti lill-Gvern, l-iskejjel privati jistgħu xorta waħda jkomplu jitmexxew minn min qed imexxihom, kemm-il darba min imexxihom jagtimel dan mingħajr ħlas. F'kaz li l-iskejjel privati jitmexxew mhux skond dan il-principju u skond il-kondizzjonijiet tal-liċenza, il-Gvern jidħol ghat-tmexxija ta' l-iskejjel, u dan isir a spejjeż tas-sidien ta' l-iskejjel.
L-Abbozz jaħseb ukoll biex ikunu jistgħu jiġu regulati aħjar fl-interess tal-poplu, affarijiet oħra fil-qasam tat-tagħlim, bħalma huma l-eżamijiet barranin li jsiru f'pajjiżna, kif ukoll il-kondizzjonijiet ta' l-eżamijiet għad-dħul fl-iskejjel privati bil-għan li titneħħa kull diskriminazzjoni.
B'dan il-mod il-Gvern Soċjalista qiegħed jagħti għall-ewwel darba lill-ġenituri Maltin kollha, kemm dawk li għandhom il-mezzi, kif ukoll dawk li ma għandhomx, id-dritt ta' l-għażla vera ta' l-iskejjel għal uliedhom.