| Ikkuntattjana |
| Fittex
| Niżżel id-Dokument | |
| Ippubblikat | 31 Ottubru 1980 |
L-Għan ta' dan l-Abbozz huwa li jxojli l-Kummissjoni dwar Ħsarat tal-Gwerra u fl-istess ħin li jagħti żmien xieraq lil dawk il-persuni li għad għandhom dritt li jieħdu kumpens taħt l-Ordinanza tal-1943 dwar Ħsarat tal-Gwerra li jirċievu dak il-kumpens kemm-il darba jispiċċaw il-proċeduri u x-xogħlijiet kollha meħtieġa fiż-żmien stabbilit bl-Abbozz.
Il-Gvern għandu ħsieb ukoll li jagħmel użu minn dan l-Abbozz u minn setgħat oħra mogħtija lilu b'liġijiet oħra, b'mod partikolari l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta' Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi, Kap. 136, li jneħħi, kemm jista' jkun, il-kruhat li jibqgħu minkejja li qed jingħata iktar żmien sabiex is-sidien ta' proprjeà li tkun ġarrbet ħsara bil-gwerra jagħmlu x-xogħlijiet meħtieġa.