Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 100
Abbozz ta' Liġi dwar Persuni li jipprovdu Servizzi ta' Kreditu u dwar Xerrejja ta' Kreditu Lura għal-Lista

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 -)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jistabbilixxi qafas għar-regolamentazzjoni tax-xerrejja ta’ kreditu, kif ukoll tal-persuni li jagħtu servizzi ta’ kreditu li jaġixxu f’isem tali xerrejja ta’ kreditu, tad-drittijiet ta’ kreditur skont kuntratt ta’ kreditu mhux produttiv, jew tal-kuntratt ta’ kreditu mhux produttiv innifsu, maħruġ minn istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita fl-Unjoni Ewropea, u biex jittrasponi, jimplimenta u jagħti effett lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2021/2167 talParlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar il-persuni li jagħtu servizzi ta’ kreditu u x-xerrejja ta’ kreditu u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE; kif ukoll biex jingħata effett lid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2021/2118 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Direttiva 2009/103/KE dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, billi jiġi ristrutturat il-Fond għall-Protezzjoni u Kumpens stabbilit taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni. (Cap 403).

Mozzjoni Nru 270 - Abbozz ta' Liġi dwar Persuni li jipprovdu Servizzi ta' Kreditu u dwar Xerrejja ta' Kreditu

Att Nru XXXII tal-2024 - Att dwar Persuni li jipprovdu Servizzi ta’ Kreditu u dwar Xerrejja ta’ Kreditu

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek