Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 58
Abbozz ta' Liġi dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv Lura għal-Lista

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 -)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jistabbilixxi qafas regolatorju għall-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv għan-negozju u r-rekwiżiti għall-forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, għall-organizzazzjoni, l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv, għall-operat ta’ pjattaformi ta’ finanzjament kollettiv kif ukoll għat-trasparenza u l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv fl-Unjoni Ewropea u li jimplimenta u jagħti effett lid-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar il-fornituri ta’ servizzi ta’ finanzjament kollettiv Ewropej għan-negozju, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 u d-Direttiva (UE) 2019/1937. Barra minn dan, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma intiżi wkoll biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2022/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2022 dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija tar-reġistru distribwit, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014 u d-Direttiva 2014/65/UE ("ir-Regolament dwar ir-Reġim Pilota tad-DLT"); u biex jiġu trasposti ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE ("id-Direttiva dwar id-Ditti ta’ Investiment"); u sabiex jipprovdu għal materji anċillari jew inċidentali għalihom.

Mozzjoni Nru 146 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjamenti Kollettivi

Att Nru XXV tal-2023 - Att dwar il-Fornituri ta’ Servizzi ta’ Finanzjament Kollettiv

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek