Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XLII tal-2025 - Att dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2025)

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 23 Diċembru 2025

Abbozz Nru 160 - Abbozz ta' Liġi dwar it-Tieni Approprjazzjoni (2025)

Ġie diskuss L-Ewwel Qari Tieni Qari Kumitat Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat Tielet Qari
Seduta Nru 422  -  16 Diċ 2025
Sessjoni Plenarja
⦿ ⦿ ⦿ ⦿

Għanijiet u Raġunijiet

Dan l-Abbozz jipprovdi għall-approprjazzjoni ta' somma ta' mhux iżjed minn €1,052,953,962 għas-servizz tas-sena finanzjarja 2025 għall-infiq taħt il-Voti li jidhru fl-Ewwel Skeda li tinsab ma' dan l-Abbozz minbarra s-somma ta' €6,477,690,131 approprjata bl-Att Nru. XL tal-2024 u għall-approprjazzjoni ta' somma oħra ta' €38 għas-servizz tas-sena finanzjarja 2025 bi ħlas lura ta' somma ekwivalenti rtirata mill-Fond ta' Kontinġenzi matul is-sena finanzjarja 2025 taħt il-Voti speċifikati fit-Tieni Skeda li tinsab ma' dan l-Abbozz.