Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XI tal-2023 - Att tal-2023 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv)

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 -)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 29 Marzu 2023

Abbozz Nru 36 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex jiġi emendat l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602, sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tal-Bord ta’ Reviżjoni. Dan l-Abbozz jikkjarifika wkoll ir-rwoli tad-Direttorat Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) u tal-Bord ta’ Reviżjoni, jipprovdi għall-ħarsien kontinwu ta’ persuni li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Att u jipprovdi wkoll sabiex id-Direttur għall-Ħarsien tat-Tfal u d-Direttur Kura Alternattiva (Tfal u Żgħażagħ) jirristrinġu l-kondiviżjoni ta’ rekords mitluba taħt il-liġijiet relatati mal-protezzjoni tad-data.

Mozzjoni Nru 61 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternatttiv)