Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru X tal-2023 - Att li jemenda l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 -)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 24 Marzu 2023

Abbozz Nru 42 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jiġu aġġornati l-funzjonijiet tal-Awtorità sabiex jirriflettu l-attivitajiet u l-funzjonijiet kontemporanji tal-Awtorità, sabiex jiżdiedu s-setgħat taċ-Chairman sabiex ikun jista’ jiġbor informazzjoni neċessarja għal qadi tad-dmirijiet tiegħu, sabiex jinħatar Uffiċjal Kap Eżekuttiv u jiġu stipulati s-setgħat u d-dmirijiet tiegħu kif delegati mill-Bord, sabiex il-Ministru responsabbli għal Akkomadazzjoni jkollu s-setgħa li jagħmel regolamenti, sabiex ir-rappreżentanti tal-Awtorità tad-Djar jingħataw dritt ta’ aċċess f’każijiet speċifiċi, sabiex jiġu istitwiti proċeduri speċjali għal ġbir ta’ djun dovuti lill-Awtorità, sabiex tiġi istitwita proċedura speċjali għal kwalunkwe ksur kontemplat fl-Att prinċipali.

Dan l-Abbozz ta’ Liġi għandu jipprovdi wkoll għall-inklużjoni tal-Awtorità tad-Djar fl-Iskeda 3 li tinsab mar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Mozzjoni Nru 101 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Awtorità tad-Djar