Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru VI tal-2026 - Att dwar l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu

L-Erbatax-il Leġislatura (2022 - 2026)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 27 Marzu 2026

Abbozz Nru 156 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta' dan l-Abbozz huma sabiex jistabbilixxu l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu b’setgħa li janalizza deċiżjonijiet maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ self li jiċħdu applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli għal faċilitajiet ta’ kreditu, jirtiraw jew inaqqsu faċilitajiet ta’ kreditu eżistenti, jew jiċħdu applikazzjonijiet għal ristrutturar ta’ faċilitajiet ta’ kreditu eżistenti. L-Abbozz jeħtieġ li kull istituzzjoni ta’ self tfassal karta li tipprovdi gwida dwar il-proċessi ta’ applikazzjonijiet għal kreditu, inklużi l-iskedi ta’ żmien, il-mekkaniżmu sabiex isiru l-ilmenti u informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli sabiex l-ilment jiġi rivedut mill-analista tal-kreditu. Meta istituzzjoni ta’ self tonqos milli tistabbilixxi tali karta, għandha tapplika l-karta prestabbilita li tinsab fl-Iskeda. L-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu huwa intenzjonat li jipprovdi analiżi strutturata permezz tal-medjazzjoni u li jipprovdi rakkomandazzjonijiet formali li ma jorbtux lill-partijiet meta l-medjazzjoni ma tirnexxix sabiex jiġi żgurat li l-ilmenti jiġu ttrattati b’mod proċeduralment ġust, informali, ekonomiku u spedjenti, filwaqt li l-proċedimenti bejn l-partijiet jibqgħu kunfidenzjali u privati.

Mozzjoni Nru 423 - Abbozz ta' Liġi li jwaqqaf l-Uffiċċju għall-Analiżi tal-Kreditu