Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR180033 - L-Ispeaker jirrreferi komunikazzjoni dwar il-Kummissarju għall-Edukazzjoni lill-Ombudsman

Data 10.01.2018

L-Ispeaker Anġlu Farrugia għadda lill-Ombudsman ittra li huwa rċieva mingħand il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza dwar il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman. 

Din hija l-prassi li tiġi segwita kull meta s-Sedja tirċievi korrispondenza li tirrigwarda xi materja li tkun taqa’ taħt xi wieħed miż-żewġ uffiċjali tal-Parlament, jiġifieri l-Ombudsman u l-Awditur Ġenerali, fejn l-ewwel titlob għar-reazzjoni tal-istess uffiċjali fir-rispett sħiħ lejn l-awtonomija tal-uffiċċju tagħhom.

 

Stqarrija għall-Istampa