Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 482
-
30 Ġun 2021
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 486
-
07 Lul 2021
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 488
-
13 Lul 2021
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 489
-
14 Lul 2021
Sessjoni Plenarja |
⦿ |
L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi pubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE; biex jittrasponi ulterjorament id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE; biex jimplementa d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) 2021/337 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-Prospett ta’ Rkupru tal-UE u aġġustamenti mmirati għall-intermedjarji finanzjarji u d-Direttiva 2004/109/KE fir-rigward tal-użu tal-format elettroniku uniku għar-rapportar għar-rapporti finanzjarji annwali, għas-sostenn tal-irkupru mill-kriżi tal-COVID 19; biex jimplementa d-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji; biex jittrasponi d-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u
2013/36/UE; biex issaħħaħ u telabora fuq l-għanijiet u l-objettivi tal-MFSA fir-rwol li għandha bħala l-unika awtorità kompetenti skont ir-Regolament tal-Prospett; biex issaħħaħ il-funzjonijiet u s-setgħat tal-MFSA, kif ikun meħtieġ biex tkun tista’ twettaq l-għanijiet u l-objettivi tagħha; biex issaħħaħ l-abbozzar tad-dispożizzjonijiet tal-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji (Kap 345); biex tagħmel kull reviżjoni meħtieġa f’Atti oħra fil-kuntest tat-tifsiriet ġodda li qegħdin jiġu proposti u biex jitneħħew u jiġu sostitwiti t-tifsiriet li kien hemm qabel; u biex jipprovdi għal emendi anċillari oħra.
Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek
Nru {{pl.Number}} {{pl|titleFilter:lang}}