Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 223
Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jiġi emendat l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap. 413), u biex jipprovdi għal materji anċillari jew konsegwenzjali f’dan ir-rigward, partikolarment sabiex jiżgura t-twettiq tal-obbligi ta’ Malta fit-termini tal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Prinċipji tal-Ġnus Magħquda relattivi għall-Istatus ta’ Istituzzjonijiet Nazzjonali (il-Prinċipji ta’
Pariġi), u aktar speċifikament b’relazzjoni għall-istruttura u l-funzjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, in ġenerali, u f’dak li jirrigwarda l-investigazzjonijiet, il-konformità u l-infurzar, mekkaniżmi ta’ rimedju li jiżguraw aċċess għall-ġustizzja, kif ukoll f’dak li jikkonċerna l-funzjoni ta’ sorveljanza tas-suq tal-Kummissjoni fir-rigward tad-Direttiva (EU) 2019/882 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibiltà għall-prodotti u għas-servizzi (Att Ewropew dwar l-Aċċessibiltà)

Mozzjoni Nru 553 - Abbozz ta' Liġi sabiex jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità) u biex jipprovdi għal materji oħra anċillari jew konsegwenzjali għalih, Kap 413

Att Nru LVIII tal-2021 - Att li jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità)

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek