Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Abbozz Nru 160
Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità Lura għal-Lista

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jipprovdi għall-irkupru tar-rikavat mill-kriminalità. L-Abbozz ta’ Liġi għandu jwaqqaf u jirristruttura l-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi kif ukoll jiddefinixxi l-istruttura tal-imsemmi Uffiċċju u jiddefinixxi r-relazzjoni tiegħu u l-indipendenza mill-Gvern. L-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi wkoll il-bażi għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri adottati taħt diversi liġijiet fir-rigward tar-rikavat mill-kriminalità. Barra minn hekk, l-Abbozz ta’ Liġi jistabbilixxi sezzjoni tal-Qorti Ċivili bil-għan li tirregola t-tilwim relatat mal-konfiska tar-rikavat mill-kriminalità u
għall-proċeduri ċivili għall-irkupru ta’ assi li jikkostitwixxu r-rikavat mill-kriminalità. Isiru dispożizzjonijiet ukoll għall-proċeduri in rem fuq proprjetà li tikkonsisti f’rikavat mill-kriminalità.

Mozzjoni Nru 410 - Abbozz ta' Liġi dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità

Att Nru V tal-2021 - Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità

 

Dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra {{totalItems}}

Kien hemm żball fl-ipproċessar tat-talba tiegħek. Dan l-iżball ġie lloggjat. Niskużaw ruħna ta’ kull inkonvenjent. Jekk il-problem tippersisti, jekk jogħġbok ipprova neħħi il-cache tal-web browser tiegħek