Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XIX tal-2018 - Att li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali

It-Tlettax-il Leġiżlatura (2017 - 2022)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 25 Mejju 2018

Abbozz Nru 28 - Abbozz ta' Liġi li jemendal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet u r-raġunijiet ta’ dan l-Abbozz huma sabiex jiġu introdotti, il-possibilità li jsir l-għadd tal-voti b’mezz elettroniku, il-possibbiltà li l-Advance Voters u l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali reġistrati fuq Għawdex jivvutaw f’post f’Għawdex, it-tifsiriet li saru meħtieġa matul iż-żmien fosthom dawk ta’ Uffiċjal tal-Post tal-Votazzjoni, u sabiex l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap.354) u l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap. 363) jiġu konformi ma’ xulxin fejn jirrigwarda termini u dati ta’ skadenza; preżentamentf’dawn iż-żewġ liġijiet jeżistu differenzi li jxekklu l-operat speċjalment meta jsiru żewġ elezzjonijiet fl-istess jum.

Mozzjoni Nru 96 - Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali, Kap. 354