| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 22.07.2014
Aktar kmieni wara nofsinhar, il-President tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi fil-Kummissjoni Għolja Awstraljana.
Fil-messaġġ tiegħu lill-qraba tal-vittmi, l-iSpeaker esprima s-sogħba tiegħu għal din it-traġedja, li ħasdet il-ħajja ta’ diversi nies u li kienet waħda inġusta hekk kif inqatlu bla ħtija u bla ebda rabta ma’ dak li għaddej fil-pajjiż li fih iġġarraf l-istess ajruplan.