Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR2062 - DELEGAZZJONI MALTIJA TILTAQA’ MAL-KUMMISSARJU TONIO BORG

Data 26.09.2013


L-iSpeaker Anġlu Farrugia llum għamel żjara ta’ kortesija lill-Kummissarju Tonio Borg, Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, fl-uffiċċju tiegħu fi Brussell. Aktar tard il-Kummissarju ltaqa’ mad-delegazzjoni parlamentari Maltija li qiegħda fuq żjara ta’ informazzjoni dwar l-Istituzzjonijiet Ewropej. Fost materji oħra, ġiet stabbilita’ proċedura dwar għajnuna teknika u esperta li tista’ tingħata lill-Parlament Malti mill-Kummissjoni fit-tħaddim tal-obbligi li għandu l-Parlament nazzjonali taħt it-Trattat ta’ Lisbona.