| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 30.08.2013
Dalgħodu f’Johannesburg fl-Afrika t’Isfel, qed titlaqqa’ l-ewwel konferenza organzizzata mill-Commonwealth Parliamentary Association.
Matul din il-konferenza qed jiġu diskussi bl-aktar mod speċjalizzat, temi u suġġetti li jirrigwardaw is-separazzjoni tal-poter u governanza ekwa u ġusta, il-ħtiġijiet tas-suq lokali fir-rigward tal-qasam tax-xogħol, l-isfidi fil-qasam tal-edukazzjoni, l-assigurazzjoni ta’ sistema leġislattiva u teknika ġusta, fir-rigward ta’ żidiet fit-taxxi f’stati żgħar.
Id-delegazzjoni Parlamentari Maltija hija komposta mill-Onorevoli Carmelo Abela u l-Onorevoli David Agius u mmexxija mill-Ispeaker l-Onorevoli Anglu Farrugia.
