| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 03.08.2013
Fl-Egħluq tal-konferenza internazzjonali tal-International Parliamentarians Coalition for North Korean Refugees and Human Rights, li nżammet fil-Parlament nazzjonali tal-Polonja, ġewwa Warsaw, id-delegati addottaw id-dokument finali wara li aċċettaw emendi u proposti mill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Malta, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, li kien qed imexxi delegazzjoni parlamentari Maltija, fejn fil-paragrafu konklussiv kif emendat bl-intervent tal-iSpeaker Anġlu Farrugia, ġie jaqra hekk: "il-konferenza ħeġġet lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda, biex flimkien ma organizazzjonijiet internazzjonali kif ukoll ma organizazzjonijiet reġjonali b'mod speċjali il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropeja, iżżid b'kull mezz u b'mod kollettiv il-ħidma internazzjonali biex tiġi indirizzata t-traġedja dwar il-ksur ta' drittijiet tal-bniedem fil-konfront tar-refugjati tal-Korea ta' Fuq."
