| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 02.08.2013
Korrezzjoni għad-Dikjarazzjonijiet tal-Assi għas-Sena 2012
L-Onor Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati qiegħed jippubblika ittra li rċeva mingħand is-Segretarju tal-Kabinett nhar l-1 ta’ Awwissu 2013 dwar korrezzjonijiet għad-dikjarazzjonijiet tal-Assi għas-sena 2012 fir-rigward ta’ tliet Ministri. Dan qiegħed isir fiċ-ċirkostanzi preżenti, peress li l-Parlament huwa wieqaf għar-recess tas-Sajf. Mal-ewwel okkażjoni, jiġifieri fit-30 ta’ Settembru 2013 meta l-Parlament jerġa’ jibda jiltaqa’, l-Ispeaker se jkun qed iqiegħed tali korrispondenza fuq il-Mejda tal-Kamra.