Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR1641 - L-ISPEAKER, L-ONOREVOLI ANĠLU FARRUGIA, SER IMEXXI DELEGAZZJONI PARLAMENTARI ĠEWWA L-POLONJA

Data 31.07.2013

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, ser jattendi għal ‘10th General Meeting of International Parliamentarians Coalition for North Korean Refugees and Human Rights’ li ser tinżamm ġewwa Warsaw, il-Polonja. L-Ispeaker ser ikun wieħed mill-kelliema ewlenin ta' din il-konferenza.

Id-delegazzjoni hija magħmula mill-Membri Parlamentari l-Onorevoli Chris Agius u l-Onorevoli Claudette Buttigieg.