| Ikkuntattjana |
| Fittex
Data 30.07.2013
L-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, illum iltaqa’ mal-membri tal-Assoċjazzjoni tal-Kolletturi tal-Armi u Tiraturi Maltin (AMACS) fuq stedina tal-istess assoċjazzjoni.
L-Ispeaker irringrazzja lill-assoċjazzjoni tal-kontribut li tat f’dawn l-aħħar snin fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tal-konservazzjoni tal-armi u l-vetturi, fost l-oħrajn. L-Ispeaker tenna wkoll kif dan l-aħħar turist jista' jiġi Malta u jeżerċita l-isport tal-isparar b'mod legali skont kif ġew emendati l-istess liġijiet.
L-Ispeaker, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, ħeġġeġ lill-istess assoċjazzjoni sabiex l-istudji tagħha tgħaddihom lill-Parlament biex ikunu jistgħu jiġu studjati u eżaminati b'reqqa għall-konsiderazzjonijiet Parlamentari, speċjalment anke in-linea mat-trattat ta' Lisbona, jekk ikun hemm possibiltà ta' tibdil f'xi direttiva.
