Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

PR1631 - L-ISPEAKER F’LAQGĦA MAL-KONSLU ONORARJA FIL-POLONJA

Data 30.07.2013

Waqt li kien qed ikellem dalgħodu lill-Konslu Onorarja fil-Polonja, Krystyna Mikulanka, meta din għamlitlu żjara ta’ kortesija fl-Uffiċċju tiegħu fil-Parlament, l-Ispeaker tal-Parlament l-Onorevoli Anġlu Farrugia semma’ kif propju l-għada kien se jħalli Malti biex imexxi delegazzjoni parlamentari għal Varsavja li se tkun qed tattendi konferenza li se tiddiskuti s-sitwazzjoni tar-rifuġjati u l-ksur tad-drittijiet umani li qed ikomplu jitwettqu fil-Korea ta’ Fuq. L-Onorevoli Farrugia faħħar lis-Sinjura Mikulanka, li hija waħda mill-konslijiet ta’ Malta li ilhom l-aktar iservu lil pajjiżna, għax-xogħol utli li twettaq u għas-servizzi li tagħti lill-Ambaxxata u lid-diplomatiċi Maltin ġewwa l-Polonja.

Is-Sinjura Mikulanka bħalissa qed tattendi l-laqgħa annwali tal-Konslijiet Onorarji ta’ Malta mtella’ mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.


thumbnail