Niżżel id-Dokument | |
Ippubblikat | 17 April 2015 |
Ġie diskuss | L-Ewwel Qari | Tieni Qari | Kumitat | Kunsiderazzjoni mill-ġdid fil-kumitat | Tielet Qari |
---|---|---|---|---|---|
Seduta Nru 192
-
28 Ott 2014
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 232
-
27 Jan 2015
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 233
-
28 Jan 2015
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 247
-
09 Mar 2015
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ||||
Seduta Nru 045
-
23 Mar 2015
Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġijiet |
⦿ | ||||
Seduta Nru 256
-
01 Apr 2015
Sessjoni Plenarja |
⦿ | ⦿ |
L-emenda għall-artikolu 4(3) hi estensjoni tal-Formula T li kienet ġiet introdotta fl-24 ta’ Lulju, 2012 u li kienet valida għal sena. Sottomissjoni tal-Formula T kienet tippermetti persuni li jiddikjaraw li kienu żiedu l-kunjom ta’ xbubit ommhom ma’ dak ta’ missierhom sabiex ikollhom dak il-kunjom double barrell reġistrat fir-Reġistru Pubbliku. L-emenda tipprovdi għal estensjoni ta’ żmien mhux limitat għal dawk il-persuni li ma kienux issottomettew il-Formula T mitluba fil-ħin sad-data tal-għeluq tat-23 ta’ Lulju, 2013. Fiż-żmien tal-iskadenza tal-formula, ir-Reġistru Pubbliku kienu għadu qed jirċievi ammont konsiderevoli ta’ talbiet u għalhekk inħass li l-estensjoni tkun milqugħa tajjeb ħafna miċ-ċittadini u li r-reġistrazzjonijiet imsemmija ser jikkonsolidaw il-kunjomijiet fuq is-sistemi tal-gvern.
L-emendi proposti għall-artikolu 92(1) tal-Kodiċi jagħmlu referenza għal tfal li twieldu barra miż-żwieġ. L-emendi jipprovdu għal drittijiet ugwali għal dawk it-tfal sabiex iżidu kunjom xbubit ommhom wara dak ta’ missierhom kif bħalissa jistgħu jagħmlu tfal li twieldu fiż-żwieġ permezz tal-Formuli T u U meta l-estensjoni rakkomandata hawn qabel tiġi approvata. Il-formuli tal-Applikazzjoni W u X ġew maħluqa b’mod xieraq sabiex jilqgħu dawk l-applikazzjonijiet. L-emendi jagħmlu ugwali d-drittijiet tat-tfal li twieldu barra miż-żwieġ sabiex jagħmilha possibbli għalihom li jadottaw il-kunjom preżenti ta’ ommhom kif hu bħalissa permissibbli fl-istess artikolu għal tfal rikonoxxuti mill-missier. Din l-emenda tal-aħħar hi maħsuba sabiex tikkontribwixxi għall-għaqda fil-familja.
L-għan tal-emenda għall-artikolu 247 u l-introduzzjoni tal-artikolu 285A tal-Kodiċi jipprovdu soluzzjoni għal dawk l-immigranti li twieldu fuq il-baħar fuq bastiment li ma jkun reġistrat taħt l-ebda ġurisdizzjoni, u dan biss meta Malta tkun l-ewwel port fejn ikun żbarka dak il-bastiment. Qed ikun propost li twelid bħal dak jista’ jiġi reġistrat fir-Reġistri Pubbliċi ta’ Malta u Għawdex u li l-limitu ta’ żmien għal reġistrazzjoni jkun estiż sakemm isiru l-verifiki meħtieġa.