Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru XI tal-2015 - Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 14 April 2015

Abbozz Nru 70 - Abbozz ta' Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi huma li jipprovdi għar-rikonoxximent u reġistrazzjoni tal-ġeneru ta’ persuna u  sabiex jirregola l-effett ta’ din il-bidla, u r-rikonoxximent u l-protezzjoni xierqa tal-karatteristiċi tas-sess tal-persuna. L-identità tal-ġeneru hija kkunsidrata bħala parti minn persuna li tista’ jkollha jew ma jkollhiex bżonn ta’ trattament kirurġiku jew ormonali jew terapija u l-Abbozz ta’ Liġi jipprovdi għall-proċedura simplifikata li tirrispetta l-privatezza tal-persuna li qed titlob li d-dokumenti uffiċjali tagħha jinbidlu sabiex jirriflettu l-ġeneru tagħha. Bl-istess mod, il-karatteristiċi tas-sess ta’ persuna jvarjaw fin-natura u l-persuni kollha għandu jkollhom is-setgħa li jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom li
jaffetwaw l-integrità tal-persuna u l-awtonomija fiżika tagħhom.

Mozzjoni Nru 169 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u Karatteristiċi tas-Sess