Skip to main content
Lingwa: en  | Ikkuntattjana | | Fittex

Att Nru VIII tal-2013 - Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur

It-Tnax-il Leġiżlatura (2013 - 2017)


  Niżżel id-Dokument
Ippubblikat 19 Lulju 2013

Abbozz Nru 12 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Informatur

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta' dan l-Abbozz huma biex jipprovdi għal proċeduri li bis-saħħa tagħhom impjegati, kif imfissra f'dan l-Att, kemm fis-settur privat u kif ukoll fl-amministrazzjoni pubblika jistgħu jiżvelaw informazzjoni dwar prattiċi mhux xierqa mill-prinċipali tagħhom jew minn impjegati oħra fl-impjieg tal-prinċipali tagħhom u biex jipproteġi impjegati illi jagħmlu dak l-iżvelar minn azzjoni ta' detriment.

Mozzjoni Nru 58 - Abbozz ta' Liġi dwar il-Protezzjoni ta' Min Jiżvela Informazzjoni li tkun Protetta