Skip to main content
Language: mt  | Contact Us | Search

Language: mt  | Contact Us | | Search

Act No. XIV of 2020 - Eco-Contribution (Amendment) Act

Thirteenth Legislature (2017 - 2022)


  Download the Document
Published on 03 April 2020

Bill No. 90 - Eco-Contribution (Amendment) Bill

Għanijiet u Raġunijiet

L-għanijiet ta’ u r-raġunijiet għal dan l-Abbozz ta’ Liġi huma sabiex jiġi emendat l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni biex jiġu kkonsolidati dispożizzjonijiet eżistenti u jiżgura l-armonizzazzjoni fl-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet tal-Awtorità Kompetenti. Tali Abbozz jipproponi ukoll l-introduzzjoni tal-kunċett tar-responsabbiltà in solidum ta’ persuni li jkunu qegħdin jaġixxu bħala rappreżentant ta’ kwalunkwe persuna legali, trust, fund jew enti ieħor għal kwalunkwe taxxa dovuta mill-persuna jew enti li qegħda tiġi rappreżentata u t-tħassir ta’ dispożizzjoni legali li ġiet ikkunsidrata li tmur kontra l-prinċipju ta’ nebis in idem.


Żewġ dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jinsabu fl-Att; waħda li tirregola il-ġbir tal-Eko-Kontribuzzjoni u oħra relatata mal-penali amministrattivi huma proposti li jiġu allinjati sabiex jirriflettu l-prattika attwali preżenti tal-Awtorità Kompetenti li tibgħat avviż wieħed għall-Eko-Kontribuzzjoni u l-penali dovuti. B’dan il-mod l-Att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni jiġi aktar konformi mal-Att dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud.


L-abbozz propost jintroduċi l-pubblikazzjoni tal-avviż msemmi hawn fuq fil-Gazzetta tal-Gvern u f’gazzetta waħda jew aktar ta’ kuljum bħala l-aħħar rimedju ta’ notifikazzjoni tal-avviż f’każijiet fejn tali avviż ma setgħax jiġi notifkar lill-persuna konċernata minħabba l-impossibiltà li tinstab tali persuna jew raġunijiet attribwibbli lil dik il-persuna. L-abbozz propost jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw b’mod ċar jekk ħlasijiet magħmula lill-awtorità kompetenti għandhomx jitqiesu li saru għall-eko-kontribuzzjonijiet jew penali amministrattivi dovuti.


L-emendi konsegwenzjali tar-Regolamenti dwar l-EkoKontribuzzjoni jipproponu l-illimitar raġonevoli tal-penali amministrattivi sal-ammont ta’ mitejn u ħamsin euro għal u kull meta jintbagħat prospett tard u l-istess ammont ma jistgħax jinqabeż f’penali li tingħata għal meta ssir reġistrazzjoni tard f’konformità mal-prinċipju legali tal-proporzjonalità.

Motion No. 239 - Eco-Contribution (Amendment) Bill