Estratt mis-Seduta Nru 541 tas-Sitt Parlament tat-Tlieta, 2 ta' Lulju, 1991
KONDOLJANZI
ONOR. EDDIE FENECH ADAMI: Mr Speaker, il-bieraħ tħabbret il-mewt tas-Surmast Nazzareno Pisani li kien Membru ta' din il-Kamra bejn l-1962 u l-1966. Irreferejt għalih bħala s-Surmast Nazzareno Pisani għax verament is-Sur Pisani kien magħruf minn kulħadd fir-raħal fejn għex ħajtu kollha, fis- Siġġiewi, bħala "is-Surmast" u proprju l-kelma "surmast" deskrizzjoni ta' x'għamel f'ħajtu dan il-bniedem li miet fl-eta' ta' 93 sena.
Kien bniedem li primarjament kellu l-funzjoni - funzjoni li kien ikollhom certi nies ta' certu statura u ta' certi kwalitajiet - li jagħti s-servizz lil sħabu fir-raħal fejn kien igħix. Naħseb li kull min kien jaf lis-Sur Pisani, intebaħ li din kienet il-kwalita' ewlenija tas-Surmast Nazzareno Pisani. Huwa kien dejjem dispost li jgħallem, tant li barra li għallem għal tant snin lit-tfal fir-raħal tiegħu, baqa' jaqdi d-dmir tiegħu anke meta kien headmaster ta' l-iskola u education officer. Nerġa' ngħid li hu kien simbolu ta' bniedem li ddedika Lulju għas-servizz tac- cittadin. Dan għamlu wkoll b'mod iktar dirett meta kien elett fil-Parlament bejn l-1962 u l-1966, perjodu ta' kambjament politiku kbir għal pajjiżna. Jien ukoll kont kandidat għall-elezzjoni ta' l-1962 u niftakar lis-Surmast Pisani proprju jfiehem li kien qiegħed jieħu parti attiva fil- politika għax ħass li dak iż- żmien pajjiżu kien qed isejjaħlu biex jagħti l-kontribut tiegħu.
Illejla kelli okkażjoni nattendi għall-funeral tiegħu u diġa' ltqajt ma' membri tal-familja tiegħu. Pero' nixtieq li għan-nom tiegħi personali u għan-nom ta' sħabi kollha, nibgħat il-kondoljanzi lin-neputijiet tas-Surmast Pisani għat-telfa li ġarrbu.
MR SPEAKER (Onor. Lawrence Gonzi): Grazzi. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
ONOR. KARMENU MIFSUD BONNICI: L-Oppożizzjoni tingħaqad ma' din l-espressjoni ta' sogħba u nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tas-Surmast Pisani.
MR SPEAKER: Is-sedja tassocja ruħha mas-sentimenti espressi miż-żewġ naħat tal-Kamra u tinkariga lill-Iskrivan tal- Kamra jwassal il-kondoljanzi lill-familja tas-Sur Pisani.
Elected on: | 18.02.1962 |
Oath of Allegiance: | 26.04.1962 |
Dissolution of Parliament: | 15.02.1966 |